Skip to content

L-UE mingħajr is-suq uniku

Kif kienet tkun l-UE mingħajr is-suq uniku?

L-UE mingħajr is-suq uniku

 

Is-suq uniku tal-UE jagħlaq 25 sena fl-2018. Ipprovda tkabbir u prosperità għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE.

Imma kif kienet tkun l-Unjoni Ewropea mingħajr is-suq uniku?

Għan-nies

500 euro fis-sena - it-telf nett għal kull ċittadin tal-UE

3.6 miljuni - l-impjiegi li jisparixxu

Kwalifiki - ma jkunux rikonoxxuti f'pajjiżi differenti

Viża - tkun meħtieġa biex taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE

Pensjoni, ħarsien soċjali u kura tas-saħħa - jintilfu għal min jgħix barra minn pajjiżu

Għan-negozji

10% - it-telf għall-kummerċ intern fl-UE

3 minn kull 4 - il-proporzjon ta' ftehim kummerċjali intern fl-UE li jiffaċċja ostakli tekniċi

jumejn - dewmien medju għal kunsinna ta' pakkett li jaqsam fruntiera

Imposti u tariffi - rekwiżiti miżjuda għal kunsinni li jaqsmu l-fruntieri

100.000 - standards nazzjonali li jżidu l-burokrazija fl-UE

500% - tnaqqis fl-investiment li jaqsam il-fruntieri

It-triq 'il quddiem

L-UE għadha mhix tisfrutta l-potenzjal sħiħ tas-suq uniku.

Jekk ikun komplut, is-suq uniku:

  • Iżid il-PDG tal-UE b'5% sa 9%
  • Joħloq mill-inqas 7.5 miljun impjieg sal-2030

Sorsi: il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew

For more information on the single market, see: