"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Refuġjati mill-Ukrajna fl-UE

L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja sfurzat lil miljuni ta' nies jitilqu minn djarhom u jfittxu rifuġju fl-UE u fil-pajjiżi ġirien.

F'Marzu 2022, l-UE attivat id-direttiva dwar il-protezzjoni temporanja, skema ta' emerġenza tal-UE użata f'ċirkostanzi eċċezzjonali ta' influss bil-massa biex:

  • tipprovdi protezzjoni immedjata u kollettiva lill-persuni spostati
  • tnaqqas il-pressjoni fuq is-sistemi nazzjonali tal-ażil tal-pajjiżi tal-UE

Id-drittijiet taħt l-iskema ta' protezzjoni temporanja jinkludu permess ta' residenza, aċċess għas-suq tax-xogħol u akkomodazzjoni, assistenza medika, u aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal.

Bħalissa 4.2 miljun persuna mill-Ukrajna jibbenefikaw mill-mekkaniżmu ta' protezzjoni temporanja. Data sa Novembru 2023.

Refuġjati mill-Ukrajna li jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja fl-UE

Verżjoni testwali

Il-pajjiżi ewlenin tal-UE li ospitaw benefiċjarji ta' protezzjoni temporanja mill-Ukrajna kienu:

  • Ġermanja (1 235 960 persuna)
  • Polonja (955 110)
  • Ċekja (369 330)