"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Sajd sostenibbli fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-orjentazzjonijiet għall-2025
Il-ministri għas-sajd skambjaw il-fehmiet tagħhom abbażi ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tas-sajd sostenibbli fl-UE u l-orjentazzjonijiet ewlenin għall-opportunitajiet tas-sajd għall-2025.
Matul din id-diskussjoni, il-ministri esprimew il-fehmiet tagħhom dwar il-prijoritajiet ewlenin tagħhom għall-eżerċizzju ta' din is-sena tal-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025.
Bis-saħħa tal-azzjoni tagħna, is-sostenibbiltà tas-sajd tal-UE b'mod ġenerali qed titjieb. Irridu nkomplu bl-isforzi tagħna biex nissalvagwardjaw l-istokkijiet tal-ħut tagħna u nappoġġaw l-isforzi tal-industrija biex timmodernizza l-flotta u tnaqqas id-dipendenzi. B'dan il-mod, nistgħu niżguraw settur tas-sajd prosperuż u profittabbli, illum u għada.
Hilde Crevits, il-Ministru Fjamming Belġjan għall-Benesseri, is-Saħħa Pubblika u l-Familja, u responsabbli għas-Sajd
Il-ministri laqgħu l-fatt li s-sitwazzjoni bijoloġika tar-riżorsi tal-baħar tagħna qed tkompli titjieb, bl-eċċezzjoni tal-Baħar Baltiku fejn is-sitwazzjoni ambjentali hija partikolarment inkwetanti u l-attivitajiet tas-sajd tar-Russja jkomplu jdgħajfu l-isforzi tal-UE biex jinbnew mill-ġdid l-istokkijiet tal-ħut f'dak il-baċir.
Il-ministri laqgħu wkoll l-evalwazzjoni li jmiss tal-politika komuni tas-sajd kif imħabbra mill-Kummissjoni matul il-laqgħa ministerjali informali li saret fi Bruges f'Marzu 2024, taħt il-presidenza Belġjana.
Il-Kunsill enfasizza li baqa' bosta sfidi, bħat-tranżizzjoni tal-enerġija u l-ħtieġa relatata għall-finanzjament, biex il-flotta tal-UE tiggarantixxi futur ekonomikament vijabbli għas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE, li jiddependu fuq stokkijiet sani tal-ħut.
Fir-rigward tal-istokkijiet kondiviżi ma' pajjiżi terzi, il-ministri qablu li huwa importanti li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni.
Il-Kummissjoni stiednet lill-istati membri, lill-kunsilli konsultattivi, lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku biex jipprovdu feedback dwar il-Komunikazzjoni sal-31 ta' Awwissu 2024. Hija beħsiebha tippubblika l-proposta tagħha għall-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku fl-aħħar ta' Awwissu, filwaqt li dik għall-opportunitajiet tas-sajd fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed hija mistennija għal nofs Settembru. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana hija mistennija għall-aħħar ta' Ottubru.
Il-Kunsill ser jipprova jilħaq qbil politiku dwar il-proposta dwar l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku fil-Kunsill Agrikoltura u Sajd ta' Ottubru, filwaqt li qbil politiku dwar iż-żewġ proposti l-oħra mistenni jintlaħaq waqt il-Kunsill Agrikoltura u Sajd ta' Diċembru.
Konklużjonijiet tal-presidenza dwar il-futur tal-agrikoltura fl-UE
Il-presidenza Belġjana tal-Kunsill approvat sett ta' konklużjonijiet tal-presidenza li jistabbilixxu viżjoni għall-futur tal-agrikoltura fl-UE.
Fin-nuqqas ta' kunsens dwar il-konklużjonijiet fost l-istati membri, il-presidenza ħarġet konklużjonijiet tal-presidenza, li kienu appoġġati minn maġġoranza wiesgħa tal-istati membri.
Il-konklużjonijiet tal-presidenza jenfasizzaw ir-rwol ċentrali tas-settur fir-rigward tal-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel u l-awtonomija strateġika u jirrikonoxxu d-diversi sfidi li qed jiffaċċja, inkluż it-tibdil fil-klima, it-tensjonijiet ġeopolitiċi, il-profittabbiltà u l-piż amministrattiv.
Il-konklużjonijiet tal-presidenza jiffukaw fuq diversi elementi ewlenin għal din il-viżjoni futura: settur agrikolu tal-UE b'saħħtu u kompetittiv, l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni, is-simplifikazzjoni, l-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ u ġodda, kif ukoll ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima.
Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proposta biex jiġu riveduti u aġġornati r-regoli dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal riproduttiv tal-pjanti.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-presidenza Belġjana aġġornat ukoll lill-ministri dwar il-progress li sar fir-rigward tal-proposta dwar il-materjal riproduttiv tal-foresti (forest reproductive material, FRM), li għandha l-għan li tintroduċi regoli aġġornati għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' FRM u li tiggarantixxi l-kwalità ta' FRM disponibbli fis-suq tal-UE.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Barra minn hekk, il-presidenza infurmat lill-Kunsill dwar il-ħidma mwettqa fuq il-proposta dwar qafas għall-monitoraġġ tal-foresti. Ir-regolament propost għandu l-għan li jistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ komprensiva u ta' kwalità għolja għall-foresti li tagħmilha possibbli li jiġi segwit il-progress lejn l-ilħuq tal-miri tal-UE fir-rigward tal-foresti, inkluż dawk relatati mal-bijodiversità, il-klima u r-rispons għall-kriżijiet.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Taħt "affarijiet oħra", il-presidenza Belġjana infurmat lill-Kunsill dwar ir-riżultati tas-simpożju li kienet organizzat fil-25 ta' April 2024 dwar is-sistemi ta' tikkettar dwar in-nutrizzjoni fuq il-parti ta' quddiem tal-pakkett. Fis-simpożju, is-sistemi differenti li jeżistu bħalissa fl-istati membri ġew esplorati u sar djalogu dwar is-sistemi ta' tikkettar dwar in-nutrizzjoni fuq il-parti ta' quddiem tal-pakkett.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-Kunsill irċieva informazzjoni mid-delegazzjoni Ġermaniża, f'isem id-delegazzjoni Belġjana, Estonjana, Franċiża, Ġermaniża, Irlandiża, Latvjana, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Spanjola u dik Żvediża, dwar l-iżvilupp futur tar-relazzjonijiet tas-sajd bejn l-UE u n-Norveġja.
Barra minn hekk, il-Kunsill indirizza pubblikament is-suġġetti ta' hawn taħt imqajma minn delegazzjonijiet differenti.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-Kunsill approva wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-listi ta' punti "A" leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.
Il-Kunsill approva, b'mod partikolari, approċċ ġenerali tal-Kunsill dwar deċiżjoni li testendi s-sħubija u l-kompiti tal-Kumitat Forestrarju Permanenti u li tbiddel ismu għall- "Kumitat Permanenti dwar il-Foresti u l-Forestrija". Dan huwa konformi mal-istrateġija tal-UE għall-foresti għall-2030, li tipprevedi struttura ta' governanza tal-foresti tal-UE aktar inklużiva u kkoordinata, minħabba r-rwol multifunzjonali tal-foresti u l-kontribut dejjem akbar tagħhom għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.