Skip to content
  • Laqgħat ministerjali internazzjonali

Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija, 17/05/2019, 17 ta' Mejju 2019

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni eżamina mill-ġdid ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u t-Tuneżija. Huwa ħa kont tas-sħubija privileġġjata bejn l-UE u t-Tuneżija u ddiskuta l-passi li jmiss.

Il-laqgħa tal-lum ippermettitilna neżaminaw mill-ġdid is-sħubija privileġġjata tagħna. Ninnota b'sodisfazzjon li sar progress eċċellenti f'sena partikolarment produttiva, speċjalment biex tiġi appoġġata l-ambizzjoni taż-żgħażagħ Tuneżini. Permezz tal-pjattaforma EU4Youth, illum approvajna l-finanzjament ta' 60 miljun għaż-żgħażagħ Tuneżini, speċjalment iż-żgħażagħ f'sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi vulnerabbli. It-Tuneżija hija eżempju prezzjuż ta' konsolidazzjoni demokratika, u l-UE għadha impenjata aktar minn qatt qabel li tappoġġa lit-Tuneżija fit-triq tagħha lejn riforma strutturali. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Il-Kunsill kien opportunità biex jitkompla d-djalogu mal-UE dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija. Ippreżentajna l-ambizzjonijiet Tuneżini u l-viżjonijiet Tuneżini għall-futur. Iddiskutejna kif nistgħu nippermettu lill-istudenti, liż-żgħażagħ u lir-riċerkaturi tagħna jiksbu opportunitajiet fl-Ewropa f'qafas ta' sħubija li jkun ta' vantaġġ għal kulħadd. Khemaies Jhinaoui, Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Tuneżija

Wara l-laqgħa, kienet ippubblikata stqarrija għall-istampa konġunta:

Siltiet ewlenin mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija li sar fi Brussell fis-17 ta’ Mejju 2019.

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ffoka fuq temi ewlenin tas-sħubija bejn l-UE u t-Tuneżija, fosthom:

  • l-appoġġ għall-iżvilupp soċjoekonomiku u r-relazzjonijiet kummerċjali, b'mod partikolari l-importanza tar-riformi strutturali u soċjoekonomiċi li għaddejjin
  • il-kontinwazzjoni tat-transizzjoni demokratika u l-proċess ta' deċentralizzazzjoni, inkluż l-implimentazzjoni tal-Kostituzzjoni u r-riforma ġudizzjarja
  • is-sħubija għaż-żgħażagħ bejn l-UE u t-Tuneżija, biex tkompli tkabbar l-inklużjoni ekonomika, soċjali u politika taż-żgħażagħ Tuneżini, inkluż permezz tal-iffirmar ta' programm EU4Youth
  • il-mobilità u l-migrazzjoni, inkluż il-migrazzjoni legali u l-indirizzar tal-kawżi primarji tal-migrazzjoni illegali

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kkunsidra wkoll il-futur tar-relazzjonijiet bilaterali, b'mod partikolari bil-ħsieb tal-prijoritajiet tas-sħubija wara l-2020. Barra minn hekk, ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Tuneżija, Khemaies Jhinaoui, iddiskutew kwistjonijiet ta' interess komuni bħas-sitwazzjoni fir-reġjun, is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Laqgħat ministerjali internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025