Skip to content

Offerti biex tiġi ospitata l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)

L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) taħdem biex tiżgura r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali effettivi u konsistenti fis-settur bankarju Ewropew kollu. Fost kompiti oħra, l-EBA tivvaluta r-riskji u l-vulnerabbiltajiet fis-settur bankarju tal-UE permezz ta' rapporti regolari ta' valutazzjoni tar-riskju u simulazzjonijiet ta' kriżi madwar l-UE kollha.

Il-ministri tal-UE27 ivvutaw dwar ir-rilokazzjoni tal-aġenziji tal-UE bbażati fir-Renju Unit fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (Art. 50) tal-20 ta' Novembru 2017. Il-post magħżul tal-EBA huwaPariġi, Franza.

Pariġi (Franza)

Dawn huma l-bliet l-oħra li offrew li jospitaw lill-EMA:

  • Brussell
  • Dublin
  • Frankfurt
  • Il-Lussemburgu
  • Praga
  • Vjenna
  • Varsavja

Brussell (il-Belġju)

Dublin (l-Irlanda)

Frankfurt (il-Ġermanja)

Il-Belt tal-Lussemburgu (il-Lussemburgu)

Praga (ir-Repubblika Ċeka)

Vjenna (l-Awstrija)

Varsavja (il-Polonja)