Kundizzjonijiet ta' akkoljenza aħjar
Ir-regoli riveduti għandhom jiżguraw standards tal-għajxien adegwati u kundizzjonijiet tal-għajxien komparabbli u jgħinu biex jitnaqqsu l-movimenti sekondarji għall-applikanti kollha fl-istati membri kollha tal-UE.
Għoti ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza standard
L-ewwel objettiv ewlieni tal-proposta leġiżlattiva huwa li tipprovdi kundizzjonijiet ta' akkoljenza standard lill-persuni kollha li jfittxu l-ażil. Dan ser jiżgura li l-applikanti għall-ażil jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta' għajxien aħjar u komparabbli madwar l-UE.
Ir-regoli proposti jistabbilixxu:
definizzjoni komuni ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza għall-persuni kollha li jfittxu l-ażil
id-dritt għax-xogħol għall-persuni li jfittxu l-ażil mhux aktar tard minn disa' xhur wara li jkunu ppreżentaw l-applikazzjoni tagħhom
drittijiet għall-edukazzjoni għall-minorenni u l-ħtieġa li jinħatru gwardjani għall-minorenni mhux akkumpanjati
Tnaqqis tal-movimenti sekondarji
It-tieni objettiv prinċipali tal-abbozz ta' direttiva huwa li jitnaqqsu l-movimenti sekondarji tal-applikanti għall-ażil billi jiġu stabbiliti limitazzjonijiet ġeografiċi. Ir-regoli li hemm fl-abbozz għandhom l-għan li:
- jirrestrinġu l-aċċess għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza lill-istat membru responsabbli għall-applikazzjoni tal-ażil tagħhom
- jillimitaw l-għoti ta' dokumenti tal-ivvjaġġar ħlief abbażi ta' raġunijiet umanitarji serji
- jippermettu lill-istati membri jirrestrinġu l-preżenza tal-applikant għal żona ġeografika speċifika
Ħidma fuq il-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil
F'Novembru 2017 l-ambaxxaturi għall-UE laħqu qbil dwar mandat għal negozjati dwar l-abbozz ta' regoli. In-negozjati mal-Parlament ġew finalizzati f'Diċembru tal-2022.
Fit-8 ta' Frar 2024, ir-rappreżentanti tal-istati membri tal-UE approvaw il-qbil li ntlaħaq bejn il-Kunsill u l-Parlament fl-2022.
Il-Kunsill adotta l-patt tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil fl-14 ta' Mejju 2024.
F'Diċembru 2025, il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar l-istabbiliment tar-riżerva ta' solidarjetà annwali għall-2026. Ir-riżerva ta' solidarjetà hija wieħed mill-elementi ewlenin tal-Patt tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u tipprovdi appoġġ effettiv lil dawk l-istati membri li jinsabu taħt pressjoni migratorja.
- Migrazzjoni u ażil: l-istati membri jaqblu dwar riżerva ta' solidarjetà (stqarrija għall-istampa, 8 ta' Diċembru 2025)
- Il-Kunsill jadotta l-patt tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil (stqarrija għall-istampa, 14 ta' Mejju 2024)
- Direttiva dwar il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, 9 ta' Frar 2024
- Ir-riforma tal-ażil u l-migrazzjoni: Ir-rappreżentanti tal-istati membri tal-UE japprovaw qbil mal-Parlament Ewropew (stqarrija għall-istampa, 8 ta' Frar 2024)
- Kundizzjonijiet ta' akkoljenza għall-applikanti għal ażil: Il-Kunsill jaqbel dwar mandat għal negozjati (stqarrija għall-istampa, 29 ta' Novembru 2017)
Ara wkoll
L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Diċembru 2025