Skip to content
  • Aħbarijiet
  • 11 ta' Jannar 2022 10:36

Il-Kunsill jesprimi dispjaċir kbir dwar il-mewt ta' David Sassoli

Il-Kunsill jesprimi d-dispjaċir kbir tiegħu għat-telfa terribbli ta' David Maria Sassoli, President tal-Parlament Ewropew.

Il-Kunsill jagħti l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familja, lill-ħbieb u lill-kollegi tiegħu. Il-bnadar tal-UE tbaxxew għal mezzasta fl-unur tiegħu.

Ninsab iddispjaċut għat-telfa tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli, Ewropew sinċier u passjonat. Diġà jinħass in-nuqqas tal-umanità tiegħu, tal-ġenerożità tiegħu, tas-sens ta' ħbiberija tiegħu u tat-tbissima tiegħu. Kondoljanzi sinċieri lill-familja u lill-maħbubin tiegħu. Charles Michel, President tal-Kunsill Ewropew
Il-presidenza Franċiża tibgħat il-kondoljanzi tagħha lill-familja u l-ħbieb tal-qalb kif ukoll lill-Parlament Ewropew kollu, li David kien membru tiegħu u fejn serva bħala President b'dinjità, professjonaliżmu u devozzjoni. Il-presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Ritratt abjad u iswed ta' David Sassoli,
David Sassoli, President tal-Parlament Ewropew

L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024