Skip to content
  • Aħbarijiet
  • 18 ta' Jannar 2022 12:32

Roberta Metsola eletta bħala l-president ġdid tal-Parlament Ewropew

Il-membri tal-Parlament Ewropew eleġġew lil Roberta Metsola bħala l-president ġdid.

Nifraħ mill-qalb lil Roberta Metsola bħala l-President ġdid tal-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew huwa l-qalb tħabbat tad-demokrazija Ewropea tagħna. Ninsabu ħerqana li nikkooperaw miegħek, għażiża Roberta. Charles Michel, president tal-Kunsill Ewropew

X'inhu r-rwol tal-president tal-Parlament Ewropew?

Il-president tal-Parlament Ewropew jiġi elett għal mandat ta' sentejn u nofs li jista' jiġġedded, jiġifieri nofs iċ-ċiklu ta' Parlament.

Il-president imexxi l-attivitajiet tal-Parlament u jippresiedi s-seduti plenarji tal-Parlament. Il-president jirrappreżenta lill-Parlament Ewropew internazzjonalment u fir-relazzjonijiet tiegħu mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE.

Qabel kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew, il-president tal-Parlament Ewropew jindirizza lill-mexxejja tal-UE biex jesprimi l-fehma tal-Parlament u t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-punti fuq l-aġenda u suġġetti oħra.

Roberta Metsola tagħti diskors fuq podju. Il-logo tal-Parlament Ewropew jidher warajha.

L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024