- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 22 ta' Marzu 2016 16:10
Stqarrija konġunta tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE u l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-attakki terroristiċi fi Brussell
L-Unjoni Ewropea tibki lill-vittmi tal-attakki terroristiċi tal-lum fi Brussell. Kien attakk fuq is-soċjetà miftuħa demokratika tagħna.
L-istituzzjonijiet komuni Ewropej tagħna huma ospitati fi Brussell, grazzi għall-ġenerożità tal-gvern tal-Belġju u tal-poplu Belġjan. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jinsabu spalla ma' spalla mal-Belġju b’solidarjetà u huma determinati li jiffaċċjaw din it-theddida flimkien bil-mezzi kollha neċessarji.
Dan l-aħħar attakk iservi biss biex isaħħaħ ir-rieda tagħna li niddefendu l-valuri u t-tolleranza Ewropej mill-attakki tal-intolleranti. Ser inkunu magħquda u sodi fil-ġlieda kontra l-mibegħda, l-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu.
Kuntatti għall-istampa
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024