Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 18 ta' April 2016 11:30

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjattaforma ta' Appoġġ għall-Missjonijiet

Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) aktar qawwija u aktar effettiva tibqa’ essenzjali fl-ambjent ta’ sigurtà tal-lum li hu dejjem aktar imprevedibbli u li qed jinbidel b'rata aktar mgħaġġla. Waqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Mejju 2015 dwar il-PSDK, il-Kunsill jilqa’ l-isforzi biex ikomplu jissaħħu l-effettività u l-ħila ta’ rispons tad-dimensjoni ċivili tal-PSDK permezz tal-istabbiliment tal-Pjattaforma ta' Appoġġ għall-Missjonijiet (PAM), bil-għan li jitjiebu l-maniġġar, l-implimentazzjoni rapida u t-twettiq effiċjenti tal-missjonijiet ta' maniġġar tal-kriżijiet ċivili. Il-PAM ser tiġi stabbilita b’koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jingħata appoġġ u jkun hemm effiċjenza, flessibbiltà u ekonomiji ta’ skala akbar għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK.

Il-Kunsill jenfasizza li l-istabbiliment tal-PAM hu parti minn sforz għat-tmexxija 'l quddiem tal-kunċett ta’ Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi. Ir-riżultati li l-PAM hi mistennija tagħti għandhom jiġu ppreżentati lill-Kunsill permezz ta’ rapporti regolari dwar l-impatt tal-PAM fuq it-titjib tal-effettività tal-missjonijiet tal-PSDK u l-benefiċċji finanzjarji għall-baġit tal-PSDK. Il-Kunsill ser jivvaluta mill-ġdid il-prestazzjoni tal-PAM u l-evoluzzjoni ulterjuri possibbli tagħha sa mhux aktar tard minn sentejn wara.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024