- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin, 18 u 19 ta' April 2016
Riżultati ewlenin - Punti dwar id-difiża
Jekk hemm qasam wieħed fejn il-valur miżjud tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO huwa assolutament ċar, u fejn l-għodda tal-UE jistgħu jipprovdu appoġġ sostanzjali lill-ħidma li qiegħda twettaq in-NATO, dan huwa dwar it-theddid ibridu. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
"Il-Kunsill laqa' l-qafas konġunt fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu li jinkludi 22 proposta konkreta. Jekk hemm qasam wieħed fejn il-valur miżjud tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO huwa assolutament ċar, u fejn l-għodda tal-UE jistgħu jipprovdu appoġġ sostanzjali lill-ħidma li qiegħda twettaq in-NATO, dan huwa dwar it-theddid ibridu." Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Ġlieda kontra t-theddid ibridu
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet, filwaqt li ssottolinja l-ħtieġa li jiġu mobilizzati strumenti tal-UE għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-theddid ibridu għall-UE, l-istati membri tagħha u s-sħab tagħha, u ħa kont tal-ħidma attwali fir-rigward tal-politiki interni kif ukoll dawk esterni.
Il-Kunsill laqa' l-intenzjoni tar-Rappreżentat Għoli li tinħoloq "ċellula ta' fużjoni tal-UE kontra t-theddid ibridu", u enfasizza l-kontributi possibbli tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-UE għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu, kif ukoll il-ħtieġa ta' djalogu, kooperazzjoni u koordinazzjoni aktar mill-qrib man-NATO.
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra theddid ibridu
- Joint communication on countering hybrid threats
Repubblika Ċentru-Afrikana
Il-Kunsill approva t-tnedija ta' missjoni ta' taħriġ militari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) biex jingħata kontribut għar-riforma tas-settur tad-difiża tal-pajjiż.
Il-missjoni ser tkun ibbażata f'Bangui u ser topera għal perijodu inizjali ta' sentejn. B'segwitu għal missjoni konsultattiva militari tal-UE(EUMAM RCA), hija ser taħdem biex il-Forzi Armati Ċentru-Afrikani jsiru modernizzati, effettivi u responsabbli demokratikament.
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp
Il-Kunsill iddiskuta l-isforzi tal-UE biex jissaħħu l-kapaċitajiet b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp sabiex il-pajjiżi sħab u l-organizzazzjonijiet reġjonali jkunu jistgħu jipprevjenu u jiġġestixxu l-kriżijiet huma nfushom.
Ir-Rappreżentant Għoli enfasizzat l-appoġġ politiku kemm fil-Kunsill kif ukoll fil-Kummissjoni għal proposta leġislattiva dwar il-modalitajiet ta' finanzjament. Hija appellat biex il-kwistjonijiet legali pendenti jiġu solvuti mill-aktar fis possibbli, sabiex tkun tista' tiġi ppreżentata proposta fil-ġimgħat li ġejjin.
Riżultati ewlenin - Punti dwar l-Affarijiet Barranin
"Eżattament sena ilu, 800 migrant tilfu ħajjithom waqt li kienu fuq il-baħar, fl-ilmijiet Libjani fin-Nofsinhar ta' Lampedusa. Dan finalment ipprovoka reazzjoni. Għidna li l-ewwel prijorità hija li nsalvaw il-ħajjiet. Matul l-aħħar sitt xhur, l-operazzjoni navali tal-UE fil-Baħar Mediterran salvat 13000 ħajja fosthom 800 tifel u tifla, arrestat 68 persuna li tiffaċilita l-migrazzjoni illegali u nnewtralizzat 100 bastiment." Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Migrazzjoni
Il-Kunsill iddiskuta l-attivitajiet tal-UE dwar l-aspetti esterni tal-migrazzjoni. Huwa qabel li jinħtieġ li tingħata attenzjoni akbar kemm lir-rotta tal-Lvant kif ukoll lil dik tal-Mediterran Ċentrali. Ivvaluta l-progress fl-implimentazzjoni tal-ftehim tal-UE mat-Turkija, u rrieżamina wkoll il-miżuri u l-inizjattivi tal-UE meħuda dwar ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali. Il-ministri ssottolinjaw azzjonijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra t-traffikanti u l-persuni li jiffaċilitaw il-migrazzjoni illegali, b'mod partikolari mal-operazzjoni navali tal-UE EUNAVFOR med Sophia, l-appoġġ tal-UE għall-Afrika permezz tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza, it-tnedija ta' serje ta' djalogi komprensivi ta' livell għoli mal-pajjiżi Afrikani dwar il-migrazzjoni u l-ħidma mal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel. Il-ministri ltaqgħu wkoll mal-Kummissarju Għoli tal-UNHCR Filippo Grandi.
Libja
Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet dwar il-Libja, waqt li laqa' b'sodisfazzjon il-wasla tal-Presidenza tal-Kunsill fi Tripli fit-30 ta' Marzu 2016 u faħħar il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-Prim Ministru Fayez al-Sarraj, il-membri l-oħra tal-Presidenza tal-Kunsill u l-atturi li jipprovdu appoġġ fuq il-post.
Dan il-pass jgħin biex titwitta t-triq għal iggvernar effettiv tal-pajjiż mill-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali (GKN) u għall-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-poplu Libjan.
L-UE lesta toffri appoġġ lis-settur tas-sigurtà bi tweġiba għal talbiet possibbli mill-GKN. Fuq talba u wara konsultazzjonijiet mal-Libjani, missjoni ċivili possibbli tal-PSDK tista' tappoġġa l-isforzi Libjani fost l-oħrajn permezz ta' konsulenza u tisħiħ tal-kapaċitajiet fl-oqsma tal-pulizija u l-ġustizzja kriminali inkluż fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, il-faċilitazzjoni ta' migrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin, bħala parti mill-appoġġ usa' għar-riforma tas-settur tas-sigurtà.
Din il-missjoni ċivili possibbli tista' tkun ibbażata fuq il-kapaċità eżistenti tal-ippjanar tal-EUBAM Libya. Ser tingħata wkoll aktar attenzjoni għall-appoġġ li jista’ jiġi pprovdut permezz ta’ EUNAVFOR MED Sophia, billi tissaħħaħ il-kapaċità tagħha li tfixkel il-mudell kummerċjali tal-persuni li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali u n-netwerks tat-traffikar ta' bnedmin u li tikkontribwixxi b'mod aktar ġenerali għas-sigurtà b’appoġġ lill-awtoritajiet leġittimi Libjani, pereżempju permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet potenzjali għall-gwardja tal-kosta Libjana, u l-implimentazzjoni tad-dritt internazzjonali.
Sħubija tal-Lvant
Il-Kunsill iddiskuta l-iżviluppi politiċi fil-pajjiżi sħab tal-Lvant u kif l-aħjar tiġi avvanzata s-Sħubija tal-Lvant tal-UE (SL), qabel il-laqgħa ministerjali annwali tas-SL fit-23 ta' Mejju 2016.
Bi tħejjija għal-laqgħa tas-SL, huwa ħares lejn il-qafas tas-SL fil-kuntest ta' divrenzjar miżjud tar-relazzjonijiet bilaterali; mezzi ta' appoġġ għall-pajjiżi tas-SL biex ikomplu r-riformi; u kif is-SL tista' tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Barranin, 18-19 ta’ April 2016
- Nota ta' informazzjoni
- Nota ta' informazzjoni - punti dwar id-difiża
- Addendum 2 għal-lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Barranin,18-19 ta’ April 2016
- Addendum 1 għal-lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Barranin,18-19 ta’ April 2016
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Barranin, 18-19 ta’ April 2016
- Lista ta’ parteċipanti (ministri għall-affarijiet barranin)
- Lista ta’ parteċipanti (ministri tad-difiża)
Stqarrijiet għall-istampa
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra theddid ibridu
- 19/04/2016
- Repubblika Ċentru-Afrikana: Missjoni ta’ taħriġ militari tal-UE approvata għal sentejn
- 19/04/2016
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Libja
- 18/04/2016
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjattaforma ta' Appoġġ għall-Missjonijiet
- 18/04/2016
- Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE – Tuneżija, stqarrija konġunta tar-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini u tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Tuneżin Khemaies Jhinaoui
- 18/04/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Jannar 2025