Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 17 ta' Ottubru 2016 12:37

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istrateġija globali għall-politika estera u ta' sigurtà tal-UE

Il-Kunsill iddiskuta s-segwitu għall-istrateġija globali tal-UE għall-politika estera u ta' sigurtà "Viżjoni kondiviża, azzjoni komuni: Ewropa aktar b'saħħitha" u adotta konklużjonijiet.

Il-ħidma dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija globali tal-UE hija mistennija tiffoka fuq ħames oqsma ta’ prijorità għall-2016-2017:

  • L-iżvilupp tar-reżiljenza u approċċ integrat għall-konflitti u l-kriżijiet;
  • Is-sigurtà u d-difiża;
  • It-tisħiħ tar-rabta bejn il-politiki interni u esterni;
  • L-aġġornament ta’ strateġiji reġjonali u tematiċi eżistenti jew it-tħejjija ta’ oħrajn ġodda;
  • It-titjib tal-isforzi tad-diplomazija pubblika.

Barra minn hekk, id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll in-nisa, il-paċi u s-sigurtà u l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa ser ikomplu jiġu integrati fil-politiki esterni kollha tal-UE.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024