"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 17/10/2016, 17 ta' Ottubru 2016

Riżultati ewlenin

Is-Sirja

Ma jista’ jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-konflitt. Għandha titfittex soluzzjoni politika. L-UE ddeċidiet li tniedi djalogu mal-atturi reġjonali prinċipali bi tħejjija għal transizzjoni politika, rikonċiljazzjoni u rikostruzzjoni.

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-Sirja, fejn ikkundanna bil-qawwa l-attakki mir-reġim u l-alleati tiegħu, fosthom ir-Russja, b'mod partikolari l-immirar sproporzjonat u deliberat tal-popolazzjoni ċivili u l-persunal umanitarju u tal-kura tas-saħħa.

L-UE tappella għal:

  • tmiem il-ġlied militari kollu fuq il-belt ta' Aleppo mir-reġim u l-alleati tiegħu
  • waqfien immedjat tal-ostilitajiet li għandu jiġi ssorveljat minn mekkaniżmu b'saħħtu u trasparenti
  • tneħħija tal-assedji
  • l-għoti, mill-partijiet kollha, ta' aċċess umanitarju sħiħ, bla xkiel u sostenibbli fil-pajjiż kollu

L-UE tinsab determinata biex issalva l-ħajjiet u ser tkompli l-isforz diplomatiku u umanitarju intensiv tagħha biex twassal l-għajnuna f'Aleppo u biex tevakwa l-midruba.

Migrazzjoni

Il-ministri qiesu l-iżviluppi reċenti marbuta mal-aspetti esterni tal-migrazzjoni. Ir-Rappreżentant Għoli rrappurtat dwar l-ewwel riżultati tal-approċċ ta’ qafas ta’ sħubija u dwar il-ħidma fuq patti speċifiċi għall-pajjiżi ma' ħames pajjiżi prijoritarji, jiġifieri il-Mali, in-Niġer, is-Senegal, in-Niġerja u l-Etjopja, bil-għan li flimkien jiġġestixxu l-migrazzjoni b'mod aħjar. Il-ministri laqgħu l-progress miksub s'issa rigward l-approċċ ta’ qafas ta’ sħubija. Fid-diskussjoni tagħhom huma ssuġġerew li jwessgħu progressivament l-ambitu ġeografiku tal-ħidma li għaddejja biex jiġi inklużi sħab fil-Lvant Nofsani u fl-Asja.

Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet rigward il-prijoritajiet tas-sħubija u l-patti mal-Ġordan u mal-Libanu.

Strateġija globali tal-UE

Il-Kunsill iddiskuta s-segwitu għall-istrateġija globali tal-UE dwar il-politika estera u ta' sigurtà "Viżjoni kondiviża, azzjoni komuni: Ewropa aktar b'saħħitha" u adotta konklużjonijiet.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025