Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 13 ta' Marzu 2017 13:05

L-Unjoni Ewropea u l-Alġerija jadottaw il-prijoritajiet tagħhom tas-sħubija

L-UE u l-Alġerija adottaw il-prijoritajiet komuni tagħhom tas-sħubija fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tat-13 ta’ Marzu 2017. Il-prijoritajiet tas-sħubija stabbilixxew qafas imġedded għal impenn politiku u kooperazzjoni msaħħa. Dawn kienu definiti permezz ta' qbil reċiproku fil-qafas tal-politika Ewropea tal-viċinat riveduta u l-istrateġija globali tal-UE dwar il-politika estera u ta’ sigurtà.

Il-prijoritajiet tas-sħubija fil-qafas tar-relazzjonijiet UE-Alġerija sal-2020 huma dawn li ġejjin:

  • id-djalogu politiku, il-governanza, l-istat tad-dritt u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali
  • il-kooperazzjoni, l-iżvilupp soċjoekonomiku u l-kummerċ, inkluż l-aċċess għas-suq uniku Ewropew
  • il-kwistjonijiet tal-enerġija, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli
  • id-djalogu strateġiku u dak dwar is-sigurtà
  • id-dimensjoni umana, inkluż id-djalogu kulturali u interreliġjuż, il-migrazzjoni u l-mobbiltà

Uħud minn dawn il-prijoritajiet ser ikunu s-suġġett ta’ kooperazzjoni teknika u finanzjarja li ser tiġi implimentata fil-qafas tal-ipprogrammar finanzjarju 2018-2020.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024