- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 19 ta' Mejju 2017 13:15
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-operazzjonalizzazzjoni tar-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp
Il-faqar, il-konflitt, il-fraġilità u l-ispostament furzat huma marbuta mill-qrib u għandhom jiġu indirizzati b’mod koerenti u komprensiv. F’dan il-kuntest, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jirrikonoxxu r-rabtiet bejn l-iżvilupp sostenibbli, l-azzjoni umanitarja u l-paċi u s-sigurtà. B’mod partikolari, il-konklużjonijiet jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-azzjonijiet umanitarji u dawk ta' żvilupp sabiex jiġu indirizzati l-kawżi prinċipali tal-vulnerabbiltà, il-fraġilità u l-konflitt filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu l-ħtiġijiet umanitarji u tissaħħaħ ir-reżiljenza.
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024