"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 19/05/2017, 19 ta' Mejju 2017

Riżultati ewlenin

"Aħna nemmnu li l-investiment fl-iżvilupp, fiż-żamma tal-paċi, fl-għajnuna umanitarja, fit-tibdil tal-klima huwa parti essenzjali tal-politika barranija u ta' sigurtà tagħna"

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-affarijiet barranin u l-politika ta' sigurtà.

Il-kunsens Ewropew għall-iżvilupp

Il-Kunsill adotta kunsens Ewropew ġdid għall-iżvilupp, fil-forma ta’ dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li tistabbilixxi qafas ġdid għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-UE u l-istati membri tagħha.

Il-kunsens Ewropew ġdid għall-iżvilupp huwa t-tweġiba tal-UE għall-aġenda 2030 tan-NU għall-iżvilupp sostenibbli u objettiv ewlieni tal-UE fil-livell tan-NU. Huwa jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin li ser jiggwidaw l-approċċ tal-UE u l-istati membri għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp kollha tul il-15-il sena li ġejjin, kif ukoll strateġija biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs).

Kriżijiet umanitarji

Il-ministri iddiskutew kif għandha tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja li qed tiddeterjora fl-Afrika, fil-Jemen u fis-Sirja. Dawk ir-reġjuni attwalment qegħdin jiffaċċjaw kriżijiet kbar ikkawżati minn konflitti fil-Grigal tan-Niġerja, is-Sudan t’Isfel, il-Jemen u s-Sirja, u min-nixfa fis-Somalja u sa ċertu punt f’partijiet tal-Kenja u l-Etjopja. Il-kriżijiet taw lok għal devastazzjoni mifruxa u spostament tal-popolazzjoni, nuqqas serju ta' sigurtà tal-ikel u n-nutriment u nuqqas ta’ kura tas-saħħa essenzjali.

Fid-dawl tar-riskji ppreżentati minn din is-sitwazzjoni, il-ministri ddiskutew l-għażliet possibbli sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet umanitarji l-aktar urġenti u biex jiġi evitat li l-kriżijiet jikbru aktar. Huma enfasizzaw l-importanza ta’ soluzzjonijiet diplomatiċi u politiċi biex jappoġġaw il-paċi u s-sigurtà.

Eżaminaw ukoll modi biex tittejjeb il-koordinazzjoni bejn strumenti tal-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp u inizjattivi konġunti effettivi taż-żewġ oqsma. Huma adottaw konklużjonijiet li jindirizzaw din il-kwistjoni.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-AKP wara l-2020

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), fid-dawl tal-iskadenza tal-Ftehim ta' Cotonou fl-2020.

Id-diskussjoni saret abbażi ta' komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini, adottata fit-22 ta' Novembru 2016, b'mod partikolari dwar l-għażliet proposti fuq it-tliet aspetti ewlenin: l-istruttura tar-relazzjoni futura, in-natura tal-qbil possibbli, u l-kopertura ġeografika.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025