- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 14 ta' Ġunju 2017 16:00
Sustanzi perikolużi f'tagħmir elettriku u elettroniku - il-Kunsill japprova l-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu
Fl-14 ta' Ġunju 2017, ir-Rappreżentant Permanenti laħqu qbil dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku. Issa l-Kunsill jinsab lest biex jibda jinnegozja mal-Parlament Ewropew.
Id-direttiva proposta għandha l-għan li tirrevedi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/65/UE (RoHS 2). Il-proposta l-ġdida tindirizza speċifikament il-problemi maħluqa mill-grupp ta' prodotti "sors miftuħ", inkluż emendi li għandhom l-għan li jistabbilixxu trattament ugwali għal prodotti koperti mid-Direttiva u tipproponi li jiġi eskluż prodott partikolari, jiġifieri l-orgnijiet bil-kanen.
L-objettiv ewlieni t-test emendatorju huwa li tiġi żgurata l-possibilità ta' operazzjonijiet tas-suq sekondarju (pereżempju l-bejgħ mill-ġdid, is-suq ta' prodotti użati) għat-tagħmir elettriku u elettroniku li ġie kopert reċentement mir-RoHS 2 u l-użu ta' parts tal-bdil għal dan it-tagħmir jekk dan ikun tqiegħed fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2019.
Illum, il-Parlament Ewropew waqt is-sessjoni plenarja kkonferma li anke huwa jinsab lest jibda n-negozjati. L-ewwel trilogu bl-għan li jintlaħaq qbil fl-ewwel qari huwa skedat għall-21 ta’ Ġunju. Hemm tama kbira li n-negozjati jistgħu jiġu finalizzati dakinhar.
Kuntatti għall-istampa
-
Peristera Dimopoulou Press officer
- +32 471 33 53 26
- +32 2 281 61 56
- @eri_dimopoulou
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024