Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 19 ta' Ġunju 2017 11:30

Sigurtà marittima globali: Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet

Fid-19 ta' Ġunju, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-sigurtà marittima globali. Fil-konklużjonijiet, il-Kunsill jenfasizza r-rwol tal-UE bħala fornitur tas-sigurtà marittima globali fil-promozzjoni tal-multilateraliżmu marittimu u l-istat tad-dritt fuq il-baħar. Huwa jinkoraġġixxi wkoll l-implimentazzjoni kontinwa tal-istrateġija tal-UE dwar is-sigurtà marittima u l-pjan ta' azzjoni li jakkumpanjaha.

It-titjib tas-sigurtà marittima globali huwa wieħed mill-oqsma ta' ħidma fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024