"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 19/06/2017, 19 ta' Ġunju 2017

Riżultati ewlenin

Kriżi tal-Golf

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ddiskutew il-kriżi attwali fir-reġjun tal-Golf.

Il-ministri tal-UE ħeġġew tnaqqis fit-tensjoni tal-kriżi permezz tad-djalogu u n-negozjati. Huma esprimew l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-isforzi ta’ medjazzjoni tal-Kuwajt.

"Il-ministri għall-affarijiet barranin taw messaġġ qawwi ta’ unità u tad-determinazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-isforzi ta’ medjazzjoni tal-Kuwajt. Dawn jeħtieġu l-appoġġ kollu tagħna u aħna ninsabu lesti li jgħinu.”

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri enfasizzaw li l-kriżi tirrikjedi li tinstab soluzzjoni urġenti u li l-unità tal-Golf hija importanti għall-UE iżda wkoll ta’ importanza kruċjali għall-istabilità tar-reġjun.

Ir-Rappreżentant Għoli fakkret li l-UE tagħti valur lir-relazzjonijiet bilaterali tagħha mal-partijiet kollha kkonċernati, kif ukoll lir-relazzjonijiet tagħha mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf.

Kooperazzjoni UE-NATO

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO mad-Deputat Segretarju Ġenerali tan-NATO Rose Gottemoeller. Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq rapport ta' progress konġunt mir-Rappreżentant Għoli tal-UE u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-rapport, u laqa’ b’sodisfazzjon il-progress fl-implimentazzjoni tas-sett komuni ta’ proposti u jappella għal aktar passi fl-istess direzzjoni.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew l-aspetti esterni tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, diskussjoni f’waqtha fid-dawl tal-attakki reċenti fl-UE u lil hinn. Huma ssottolinjaw li l-ġlieda kontra t-terroriżmu hija l-ogħla prijorità ta' sigurtà għall-UE. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

L-Iraq

Il-Kunsill iddiskuta l-Iraq, b’fokus fuq l-aħħar żviluppi, b’mod partikolari f’Mosul u l-provinċja ta' Nineveh, u fuq l-istabbilizzazzjoni futura tal-pajjiż. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet.

Migrazzjoni

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew l-aspetti esterni tal-migrazzjoni, bi tħejjija tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Ġunju. Huma evalwaw il-progress li sar fir-rigward tal-Qafas ta’ Sħubija.

Il-Ministri esprimew l-appoġġ kontinwu tagħhom għall-approċċ attwali, li huma qiesu li għandu jissaħħaħ sabiex jinkisbu aktar riżultati, fid-dawl tan-numru ta’ ħajjiet mitlufa fir-Rotta tal-Mediterran Ċentrali. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi sħab għandha tissaħħaħ bil-ħsieb li titkompla l-ġlieda kontra t-traffikanti, jitnaqqas in-numru ta’ wasliet ta’ migranti irregolari lejn l-UE u jiġu żgurati r-ritorn u r-riammissjoni. L-appoġġ għat-titjib tal-ġestjoni tal-migrazzjoni fil-Libja bil-ħsieb li jgħin biex jiġu protetti l-migranti u r-refuġjati wkoll jibqa’ objettiv ewlieni għall-UE.

Strateġija Globali tal-UE

Il-Kunsill kellu diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE, abbażi ta’ rapport ippreżentat mir-Rappreżentant Għoli dwar l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni.

Il-ministri għall-affarijiet barranin laqgħu r-rapport u enfasizzaw il-ħidma importanti li saret matul is-sena, mhux biss fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża, iżda wkoll fil-bini tar-reżiljenza tal-istati u s-soċjetajiet fil-Lvant u n-Nofsinhar, u sabiex jitmexxa 'l quddiem approċċ integrat għall-kunflitti u l-kriżijiet.

Huma laqgħu l-ħidma li tinsab għaddejja rigward l-aġġornament ta’ strateġiji reġjonali u tematiċi eżistenti u t-tħejjija ta' oħrajn ġodda. F'dan il-kuntest, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-sigurtà marittima globali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025