- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 2 ta' Awwissu 2017 12:15
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Fit-28 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1148[1]. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill testendi l-miżuri restrittivi eżistenti sal-31 ta' Jannar 2018.
Il-Pajjiżi Kandidati l-Montenegro* u l-Albanija*, u l-pajjiż tal-EFTA n-Norveġja, membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tkun konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tilqa' u tieħu nota ta' dan l-impenn.
[1] Ippubblikata fid-29.06.2017 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea nru. L 166, p. 35.
* Il-Montenegro u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Maja Kocijančič Kelliem tas-SEAE
- +32 2 298 65 70
- +32 498 98 44 25
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024