- Kunsill Ewropew
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 22 ta' Frar 2022 13:10
Stqarrija mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna
Id-deċiżjoni tal-Federazzjoni Russa li tirrikonoxxi bħala entitajiet indipendenti u tibgħat truppi Russi f'ċerti żoni tal-oblasts ta' Donetsk u Luhansk tal-Ukrajna hija illegali u inaċċettabbli. Din tikser id-dritt internazzjonali, l-integrità u s-sovranità territorjali tal-Ukrajna, l-impenji internazzjonali tar-Russja stess u tkompli teskala l-kriżi.
Iż-żewġ Presidenti jilqgħu l-għaqda soda tal-Istati Membri u d-determinazzjoni tagħhom li jirreaġixxu b'robustezza u ħeffa għall-azzjonijiet illegali tar-Russja f'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali.
Illum fl-4 pm ser issir laqgħa informali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE ippreseduta mir-Rappreżentant Għoli. Wara dik il-laqgħa, ser jitressaq formalment l-ewwel pakkett ta' sanzjonijiet aktar tard waranofsinhar.
Il-korpi xierqa mbagħad ser jiltaqgħu biex jiffinalizzaw il-pakkett mingħajr dewmien.
Il-pakkett fih proposti:
- immirati lejn dawk li kienu involuti fid-deċiżjoni illegali,
- immirati lejn il-banek li qed jiffinanzjaw l-operazzjonijiet militari Russi u operazzjonijiet oħra f'dawk it-territorji,
- immirati lejn il-kapaċità tal-istat u l-gvern Russu li jkollhom aċċess għas-swieq u s-servizzi kapitali u finanzjarji tal-UE, biex jiġi limitat il-finanzjament ta' politiki eskalatorji u aggressivi,
- u mmirati lejn il-kummerċ miż-żewġ reġjuni separatisti lejn u mill-UE, biex jiġi żgurat li dawk responsabbli jħossu b'mod ċar il-konsegwenzi ekonomiċi tal-azzjonijiet illegali u aggressivi tagħhom.
L-UE ħejjiet u hija lesta li tadotta miżuri addizzjonali fi stadju aktar tard jekk ikun meħtieġ skont l-iżviluppi ulterjuri.
Iż-żewġ Presidenti appoġġati mir-Rappreżentant Għoli jkomplu jsegwu mill-qrib l-iżviluppi fuq il-post u jikkonsultaw ma' mexxejja oħra tal-UE u ma' kontropartijiet internazzjonali.
L-Unjoni tibqa' f'solidarjetà sħiħa mal-Ukrajna u magħquda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.
Aħna nappoġġaw u ser inkomplu nappoġġaw lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha.
Kuntatti għall-istampa
-
Beatriz Navarro Deputy spokesperson for the European Council President
- +32 471 33 22 92
- +32 2 281 51 50
- @beanavarro
- @beanavarro.bsky.social
-
Maria Tomasik Spokesperson for the European Council President
- +32 470 88 23 83
- +32 2 281 51 50
- @maria_tomasik
- @mariatomasik.bsky.social
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 24 ta' April 2025