- Kunsill Ewropew
- Stqarrija għall-istampa
- 27 ta' Frar 2025 08:30
Ittra ta' stedina mill-President António Costa lill-membri tal-Kunsill Ewropew
Nixtieq nistiednek għal Kunsill Ewropew Straordinarju fis-6 ta’ Marzu, li ser ikun iddedikat għad-Difiża Ewropea u għall-Ukrajna.
Dwar id-difiża Ewropea, l-għan tiegħi huwa li nagħtu segwitu għal-laqgħa informali tagħna tat-3 ta’ Frar bil-ħsieb li nieħdu l-ewwel deċiżjonijiet fuq perjodu qasir, sabiex l-Ewropa ssir aktar sovrana, aktar kapaċi u mgħammra aħjar biex tindirizza l-isfidi immedjati u futuri għas-sigurtà tagħha.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-Ukrajna, hemm momentum ġdid, li għandu jwassal għal paċi komprensiva, ġusta u dejjiema. Għalhekk huwa importanti għalina li jkollna skambju dwar kif nistgħu nkomplu nappoġġaw lill-Ukrajna u dwar il-prinċipji li għandhom jiġu rispettati fil-futur. L-UE u l-istati membri tagħha jinsabu lesti li jerfgħu aktar responsabbiltà għas-sigurtà tal-Ewropa. Għalhekk għandna nkunu ppreparati għal kontribut Ewropew possibbli għall-garanziji ta’ sigurtà li ser ikunu meħtieġa biex tiġi żgurata paċi dejjiema fl-Ukrajna.
Stedint lill-President Zelenskyy biex jiġi Brussell fl-okkażjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew biex jiddiskuti l-aktar żviluppi reċenti magħna.
Ser nibdew il-laqgħa tagħna fin-12:30 bl-iskambju ta’ fehmiet tradizzjonali tagħna mal-President tal-Parlament Ewropew, segwit minn diskussjoni mal-President Zelenskyy waqt l-ikla ta’ nofsinhar. Imbagħad ser niffukaw fuq id-Difiża Ewropea, segwita minn diskussjoni dwar l-Ukrajna.
Nistenna bil-ħerqa l-laqgħa tagħna fis-6 ta' Marzu.
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Tomasik Spokesperson for the European Council President
- +32 470 88 23 83
- +32 2 281 51 50
- @maria_tomasik
- @mariatomasik.bsky.social
-
Beatriz Navarro Deputy spokesperson for the European Council President
- +32 471 33 22 92
- +32 2 281 51 50
- @beanavarro
- @beanavarro.bsky.social
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Frar 2025