Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 19 ta' Marzu 2025 12:05

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

Fl-24 ta' Frar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/4061.

Il-Kunsill iddeċieda li għandhom jiġu sospiżi għadd ta' miżuri restrittivi, li għandhom jiġu introdotti ċerti eżenzjonijiet u li għandha titneħħa r-referenza għal data ta' skadenza għall-eżenzjoni umanitarja, kif deskritta fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1496. Il-Kunsill iddeċieda wkoll li sitt entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u l-projbizzjoni li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom fondi jew riżorsi ekonomiċi, u li l-assi ta' waħda minn dawk l-entitajiet għandhom jibqgħu ffriżati.

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, in-Norveġja, ir-Repubblika tal-Moldova, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1 ĠU L, 2025/406, 25.02.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/406/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Marzu 2025