Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 16 ta' Mejju 2025 10:50

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

Fil-25 ta' April 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/8201 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma.

Il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi fis-seħħ għandhom jiġu estiżi sat-30 ta' April 2026 u li l-entrati għal 14-il persuna inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK jeħtieġ li jiġu emendati.

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova (Repubblika tal-), il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Dawn ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tkun konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota u tilqa' dan l-impenn.


1 ĠU L, 2025/820, 28.04.2025 ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/820/oj

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Ġunju 2025