Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 4 ta' Ġunju 2025 11:13

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward tal-miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi

Fl-20 ta' Mejju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/9601 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.

Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill ittieħdet id-deċiżjoni li tliet entitajiet għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544.

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Moldova (ir-Repubblika tal-), il-Montenegro, in-Norveġja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tkun konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota u tilqa' dan l-impenn b'sodisfazzjon.


1ĠU L, 2025/960, 20.05.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/960/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Ġunju 2025