Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 25 ta' Lulju 2025 16:00

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi b'rabta mal-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

Fil-15 ta' Lulju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/14291 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

Id-Deċiżjoni żżid tliet persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 fid-dawl tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, ta' sigurtà u umanitarja li sejra għall-agħar fil-Haiti, inkluż iż-żieda fil-vjolenza minn gruppi organizzati, l-abbużi serji bla heda tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn gruppi organizzati, u t-tkomplija tal-impunità għall-awturi.

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, (ir-Repubblika ta)l-Moldova, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1ĠU L, 2025/1429, 15.07.2025, ELI:http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1429/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' Awwissu 2025