Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 4 ta' Settembru 2025 17:05

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja

Fis-26 ta' Ġunju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/12791.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill iżżid persuna fiżika waħda mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi.

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, in-Norveġja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Dawn ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1ĠU L, 2025/1279, 26.06.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1279/oj

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Settembru 2025