- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 6 ta' Ottubru 2025 15:33
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi b'rabta mal-miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
Fit-22 ta' Settembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/19321.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill estendiet l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi eżistenti sal-10 ta' Ottubru 2026.
L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, (ir-Repubblika ta)l-Moldova, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Dawn ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.
1 ĠU L, 2025/1932, 23.09.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1932/oj.
Kuntatti għall-istampa
-
Anouar El Anouni Spokesperson
- +32 2 291 35 80
- +32 229-13580
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Novembru 2025