Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 7 ta' Ottubru 2025 11:23

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi b'rabta ma' miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

Fit-12 ta' Settembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/18951.

Il-Kunsill iddeċieda li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġġedded għal sitt xhur oħra filwaqt li għandha tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar 142 individwu u 134 entità. Barra minn hekk, għandhom jitħassru minn dak l-Anness l-entrati għal persuna deċeduta u għal persuna oħra.

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, in-Norveġja, (ir-Repubblika tal-)Moldova u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Dawn ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1ĠU L, 2025/1895, 15.09.2025, ELI:http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1895/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Ottubru 2025