- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 29 ta' Ottubru 2025 11:28
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward tal-miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
Fit-13 ta' Ottubru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/20721 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill iddeċidiet li l-miżuri stipulati fl-Artikoli 2 u 3 ta' dik id-Deċiżjoni fir-rigward tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati f'dak l-Anness għandhom jiġu estiżi sas-16 ta' Ottubru 2026.
L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Moldova (ir-Repubblika tal-), il-Montenegro, in-Norveġja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Dawn ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.
1 ĠU L, 2025/2072, 14.10.2025, ELI:http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2072/oj.
Kuntatti għall-istampa
-
Anouar El Anouni Spokesperson
- +32 2 291 35 80
- +32 229-13580
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Novembru 2025