- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 11 ta' Novembru 2025 09:15
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi rigward miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
Fis-27 ta' Ottubru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/22071.
Id-Deċiżjoni testendi l-miżuri restrittivi fuq persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, sal-31 ta' Ottubru 2026.
L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, (ir-Repubblika tal-)Moldova, il-Montenegro, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.
1 ĠU L, 2025/514, 28.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2207/oj.
Kuntatti għall-istampa
-
Anouar El Anouni Spokesperson
- +32 2 291 35 80
- +32 229-13580
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Novembru 2025