Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 22 ta' Diċembru 2025 10:46

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Fit-8 ta' Diċembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/25071.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill estendiet l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi eżistenti sat-

12 ta' Diċembru 2026 filwaqt li, abbażi ta' informazzjoni aġġornata, ġew emendati l-entrati għal ċerti persuni elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u tħassret l-entrata ta' persuna waħda.

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Moldova (Repubblika ta'), il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1 ĠU L, 2025/2507, 09.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2507/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Jannar 2026