Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 26 ta' Jannar 2026 09:51

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala

Fid-9 ta' Jannar 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/881.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill testendi l-miżuri restrittivi eżistenti sat-13 ta' Jannar 2027 u taġġorna l-entrati għal ħames individwi inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tinsab fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, (ir-Repubblika tal-)Moldova, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota u tilqa' dan l-impenn b'sodisfazzjon.


1ĠU L, 2026/88, 12.01.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/88/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 26 ta' Jannar 2026