Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 11 ta' Mejju 2026 16:32

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward tal-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

Fit-30 ta' Marzu 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/7631.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill testendi l-miżuri restrittivi eżistenti sal-31 ta' Marzu 2027.

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Moldova (Repubblika tal-), il-Montenegro u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.


1ĠU L, 2026/763, 30.03.2026, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2026/763/oj

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Mejju 2026