"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Balkani tal-Punent

Ir-relazzjonijiet tal-UE mas-sħab tal-Balkani tal-Punent.

Mappa tal-Ewropa, li tenfasizza r-reġjun tal-Balkani tal-Punent.

Sħab fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent

Ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent huwa magħmul minn sitt isħab: l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo*, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq u s-Serbja.

L-UE hija ddedikata għall-perspettiva tas-sħubija fl-UE tas-sħab tal-Balkani tal-Punent. Bosta minnhom jinsabu fit-triq biex isiru stati membri tal-UE permezz tal-proċess tat-tkabbir.


* Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

Appoġġ għar-reġjun

L-UE hija l-eqreb sieħeb kif ukoll l-investitur, is-sieħeb kummerċjali u d-donatur ewlieni fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent.

Tipprovdi wkoll appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju b'saħħtu lis-sħab biex tgħinhom iressqu r-riformi u l-progress meħtieġa fit-triq Ewropea tagħhom.

Is-summits bejn l-UE u s-sħab tal-Balkani tal-Punent isiru regolarment.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Il-bandiera nazzjonali tal-Albanija, bandiera ħamra b'ajkla sewda b'rasha doppja fiċ-ċentru, fuq arblu twil b'sema ċar fl-isfond.

Albanija

Montenegro

Żewġt iċrieki blu mrikkba b'linji bojod immewġa għaddejjin minn fuqhom, akkumpanjati minn ċirku ta' stilel tal-UE fuq in-naħa ta' fuq tal-lemin.

Relazzjonijiet UE-Balkani tal-Punent

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' April 2026