Tagħlim u apprendiment għall-edukazzjoni preprimarja u primarja
Sib riżorsi edukattivi bla ħlas għall-istudenti tal-iskola preprimarja u primarja offruti mill-Kunsill, bħal stejjer bl-istampi, kotba tal-attivitajiet, tagħlim f'forma ta' kwiżż u kotba tat-tpinġija bil-kulur.
Jekk qed tfittex riżorsi għall-edukazzjoni sekondarja u għolja, tista' żżur din it-taqsima tas-sit web tagħna:
Pakkett edukattiv "Yooki u l-Unjoni tal-Foresta"
Tixtieq li l-istudenti tiegħek jiżviluppaw għarfien bażiku dwar l-Unjoni Ewropea iżda tħoss li s-suġġett huwa kumpless wisq għalihom?
Il-pakkett edukattiv "Yooki u l-Unjoni tal-Foresta" ser jgħinhom jiskopru x'inhi l-UE, għalfejn inħolqot u xi rwoli jaqdu l-Kunsill u l-istati membri. Dan jispjega l-bidu tal-UE permezz ta' dinja immaġinarja fejn jgħixu Yooki l-musbieħ il-lejl u l-ħbieb annimali tiegħu.
Il-pakkett huwa disponibbli b'xejn f'24 lingwa u huwa mfassal għal tfal bejn seba' u disa' snin.
Dan jikkonsisti minn:
- storja bl-istampi – "Yooki u l-Unjoni tal-Foresta"
- ktejjeb tal-attivitajiet – "Tgħallem ma' Yooki"
- mappa illustrata tal-Unjoni Ewropea
- gwida għall-għalliema
Ordna kopja stampata bla ħlas
Skont id-disponibbiltà tal-istokk, l-għalliema li jaħdmu fl-iskejjel tal-primarja fl-UE jistgħu jordnaw, mingħajr ħlas, kopja stampata waħda tal-pakkett, li jkun fih l-istorja bi stampi, il-ktieb tal-attivitajiet u l-mappa.
Ktejjeb bi storja
L-istorja ta' "Yooki u l-Unjoni tal-Foresta” tirrakkonta l-ħolqien tal-UE, bl-użu ta' stampi u metafori. Kif jista' Yooki, ċkejken musbieħ il-lejl, jikkonvinċi lil sħabu biex isolvu t-tilwim ta' bejniethom?
Is-seħer tal-foresta ser jagħtih daqqa t'id billi jlaqqgħu ma' balluta xiħa u għarfa li ser tiggwidah, u jwasslu f'post misterjuż fejn il-kompromess huwa aktar b'saħħtu mill-kunflitt: il-Lanterna.
Disponibbli bħala storja diġitali, f'PDF u stampat.
Ktieb tal-attivitajiet "Tgħallem ma' Yooki"
Il-ktieb tal-attivitajiet jispjega l-istorja u l-avvenimenti li fuqhom huma bbażati l-metafori użati fl-istorja.
Dan jinkludi logħob u attivitajiet li inti tista' tuża fil-klassi biex tgħin lit-tfal jitgħallmu waqt li jieħdu gost.
Disponibbli bħala PDF u stampat.
Stampa tal-mappa tal-Unjoni Ewropea
Din il-mappa għandha tintuża fil-klassi għal xi wħud mill-attivitajiet issuġġeriti fil-ktieb tal-attivitajiet.
Disponibbli bħala PDF u stampat.
Gwida għall-għalliema
Tista' tuża din il-gwida biex tħejji s-sessjonijiet ta' tagħlim tiegħek.
Din tinkludi suġġerimenti għal diskussjonijiet b'tema u attivitajiet li jinvolvu lill-istudenti sabiex jiksbu objettivi ta' tagħlim definiti.
Disponibbli f'PDF.
Mistoqsijiet jew feedback?
Europa Quest: għodda ta' tagħlim interattiv tat-tip kwiżż
Qed tfittex mod divertenti biex tgħallem lill-istudenti tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea u kif jaħdmu flimkien is-27 pajjiż tal-UE? Europa Quest hija għodda edukattiva bbażata fuq kwiżż imfassla biex tħeġġeġ il-ħidma f'tim u l-komunikazzjoni fost il-parteċipanti, filwaqt li trawwem sens ta' tagħlim komunitarju u kondiviż.
Il-pakkett jinkludi verżjoni għal prinċipjanti adatta għal dawk li għandhom bejn 9 u 14-il sena, u verżjoni avvanzata għall-istudenti li għandhom 15-il sena u aktar, sabiex tkun tista' tadatta l-attività għall-ħtiġijiet tal-istudenti tiegħek.
Iddawnlowdja l-verżjoni għall-prinċipjanti mfassla għaż-żgħażagħ bejn 9 u 14-il sena li tinsab hawn taħt:
- manwal tal-moderaturi (fajl PDF)
- kwiżż interattiv: verżjoni għall-prinċipjanti għal studenti bejn 9 u 14-il sena (fajl PowerPoint)
Għall-verżjoni avvanzata ta' Europa Quest, għall-istudenti li għandhom 15-il sena jew aktar, żur il-paġna:
Pubblikazzjonijiet oħra
Ktieb tat-tpinġija "Pinġi l-Ewropa bil-kuluri ma' Yooki"
Qed tfittex mod divertenti biex tintroduċi l-Unjoni Ewropea lil tfal żgħar? Dan il-ktieb tat-tpinġija edukattiv jista' jkun l-ewwel pass siewi. It-tfal jistgħu jpinġu l-bnadar tal-pajjiżi tal-UE billi jużaw il-mudelli pprovduti, jiktbu isimhom permezz tal-ħjiel mogħti,u jqabblu l-istikers mal-bnadar u l-forom tal-pajjiżi korrispondenti.
Disponibbli f'24 lingwa.
Ideali għat-tfal ta' bejn 5 u 8 snin.
"L-Ewropa u int" - ktieb ta' attivitajiet
Tixtieq li l-istudenti tiegħek jitgħallmu aktar dwar is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea?
B'dan il-ktieb tal-attivitajiet jistgħu jiskopru fatti divertenti dwarhom, isiru jafu dwar l-ismijiet tal-bliet kapitali tagħhom u jpinġu l-bnadar tagħhom.
Disponibbli f'24 lingwa.
Ideali għat-tfal ta' bejn 7 u 10 snin.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Ġunju 2025