Skip to content

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – informalment magħruf ukoll bħala l-Kunsill tal-UE jew, sempliċiment, il-Kunsill – huwa organu fundamentali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. L-istituzzjoni tlaqqa' flimkien lill-ministri tal-istati membri tal-UE. Dawn jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali eletti tagħhom f'dawk l-oqsma fejn it-trattati – adottati mill-istati membri – iħallu lill-Unjoni taġixxi. Fil-biċċa l-kbira l-Kunsill jadotta liġijiet u jikkoordina l-politiki sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-Kunsill Ewropew mill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE. Il-Kunsill jiżviluppa wkoll il-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE, jikkonkludi ftehimiet internazzjonali u flimkien mal-Parlament Ewropew, jadotta l-baġit tal-UE.

2022, 6 Paġni, Fuljett

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Mejju 2024