Nifhmu x'inhi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja
Kif taħdem l-Unjoni Ekonomika u Monetarja? Min huma l-atturi ewlenin involuti? X'wassal għall-kriżi ekonomika u finanzjarja u kif issolviet? Dan il-ktejjeb jipprovdi informazzjoni dwar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, kif taħdem u r-rispons għall-kriżi ekonomika. Jiddefinixxi l-għodod użati biex issolviet il-kriżi u biex tiġi evitata sitwazzjoni simili fil-ġejjieni: koordinazzjoni tal-politika ekonomika, stabbiltà finanzjarja b'mekkaniżmi ta' superviżjoni u ta' riżoluzzjoni, u mekkaniżmi ta' stabbiltà biex jiġu appoġġati pajjiżi taż-żona tal-euro li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet.
Il-ktejjeb hu disponibbli bi 24 lingwa tal-UE.