Dokument: AUT-GO-03002

Titlu:
ZULASSUNGSBESCHEINIGUNG TEIL 1 ('A')
Pajjiż ta’ emissjoni:
AUT - Awstrija • REPUBLIK ÖSTERREICH •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
03002
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
05/06/2013
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Dokument ta' reġistrazzjoni għall-vetturi. Parti 1 taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni
Konfigurazzjoni ġenerali:
kard
Wisa’ (mm):
86
Għoli (mm):
54
Numru ta’ paġni:
Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura Parti 1 (jew Parti 1) għandu jinġarr matul il-vjaġġi kollha; fih data li tikkonċerna l-vettura u l-obbligi formali rilevanti kollha; mhuwiex dokument tal-identità.
Meta vettura tiġi rreġistrata, jinħarġu ċertifikat tar-reġistazzjoni tal-vettura (Parti I) (AUT-GO-01003) u ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura (Parti II) (AUT-GO-02003) f'forma stampata; hija possibbli l-għażla, mingħajr obbligu, li jintalab ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura (Parti 1) f'forma ta' kard; il-Parti II hija kkombinata maċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-vettura jew dokument ta' approvazzjoni (eż. ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip); f'każijiet bħal dawn, iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura (Parti I) f'forma stampata jsir invalidu mal-wasla tal-kard, u sa mhux aktar tard minn tmien ġimgħat wara li tinħareġ il-kard.
In-numru tal-kard ma jikkorrispondix man-numru tas-serje fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura (Parti II).
Il-Parti I u l-Parti II għandhom dejjem jingħataw lura meta l-vettura titneħħa miċ-ċirkolazzjoni, meta d-data tiġi emendata, rettifikata jew issuplimentata, meta vettura tiġi rreġistrata bi pjanċa tar-reġistrazzjoni skambjabbli jew titneħħa minn tali reġistrazzjoni, meta pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' sostituzzjoni tiġi assenjata wara serq jew telf, meta pjanċa tar-reġistrazzjoni personalizzata tiġi assenjata waqt li r-reġistrazzjoni tkun għadha valida, u meta ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vettura jerġgħu jinħarġu għax tkun saritilhom xi ħsara.
Suċċessur ta' AUT-GO-03001; bidliet: in-numru tal-lott "Z11" u strixxi olografiċi ġodda
Recto - identità
Verso
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fl-Awstrija • REPUBLIK ÖSTERREICH •