Dokument: BEL-HD-09003
Titlu:
Konsularer Personalausweis - Carte d'identité consulaire _ Consulaire identiteitskaart - Consular Identity Card _ 'C'
Pajjiż ta’ emissjoni:
BEL - Belġju • ROYAUME DE BELGIQUE_KONINKRIJK BELGIË_KÖNIGREICH BELGIEN •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
09003
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
06/12/2013
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Dokument li jistabbilixxi l-identità maħruġ lil diplomatiċi u uffiċjali konsulari u lil membri ta' organizzazzjonijiet internazzjonali akkreditati fi: BEL - Belġju • ROYAUME DE BELGIQUE_KONINKRIJK BELGIË_KÖNIGREICH BELGIEN • Id-dokument jistabbilixxi l-identità tad-detentur fit-territorju tal-pajjiż emittenti, iżda ma jistax jintuża barra mill-pajjiż bħala dokument tal-identità.
Karta tal-identità konsulari 'C'. Dokument maħruġ lill-persunal amministrattiv u tekniku tal-missjonijiet diplomatiċi, rappreżentanzi permanenti u missjonijiet għal organizzazzjonijiet internazzjonali, uffiċjali konsulari ta' karriera li jservu fi rwoli konsulari fil-Belġju (u għall-konjuġi u t-tfal tagħhom mhux miżżewġa li għandhom aktar minn 5 snin), uffiċjali u persunal ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-Parlament Ewropew (u għall-konjuġi u t-tfal tagħhom mhux miżżewġa li għandhom aktar minn 5 snin) u għall-konsli onorarji (u għall-konjuġi u t-tfal tagħhom mhux miżżewġa li għandhom aktar minn 5 snin u anqas minn 18-il sena)
Konfigurazzjoni ġenerali:
kard
Wisa’ (mm):
85
Għoli (mm):
54
Numru ta’ paġni:
Numru ta’ referenza estern:
N13489
Validità
Perijodu ta’ validità massimu:
5 sena (snin)
Età minima għall-finijiet ta’ validità:
5 sena (snin)
Din hija l-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tad-dokument; hemm ukoll verżjoni bil-lingwa Olandiża (BEL-HD-09001) u verżjoni bil-lingwa Franċiża (BEL-HD-09002)
Għad-deskrizzjoni teknika jekk jogħġbok ara BEL-HD-08002
Recto - identità
Verso
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fil-Belġju • ROYAUME DE BELGIQUE_KONINKRIJK BELGIË_KÖNIGREICH BELGIEN •