Dokument: FRA-HO-10001

Titlu:
Vignette _ OFII
Pajjiż ta’ emissjoni:
FRA - Franza • RÉPUBLIQUE FRANÇAISE •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
10001
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
01/09/2009
Mhux validu/a wara:
01/03/2011
Validu:
le
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Stiker imwaħħla mill-OFFII (Office français de l'immigration et de l'intégration - Uffiċċju Franċiż tal-immigrazzjoni u tal-integrazzjoni) fuq il-passaporti ta' ċittadini barranin li jkollhom fil-pussess tagħhom viża għal soġġorn twil tat-tip D, b'validità ta' bejn it-3 xhur u t-12-il xahar.
Konfigurazzjoni ġenerali:
stiker
Wisa’ (mm):
89
Għoli (mm):
61
Numru ta’ paġni:
1
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Tiddependi fuq il-validità tal-viża għal soġġorn fit-tul tat-tip D fil-passaport
Mill-1 ta' Ġunju 2009, il-konsulati ħarġu lil ċerti kategoriji ta' ċittadini barranin (konjuġi ta' ċittadini Franċiżi li jaqgħu taħt l-intestatura "ħajja privata u tal-familja", ħaddiema temporanji b'kuntratt ta' inqas minn 12-il xahar, studenti, viżitaturi u persuni mħallsa impjegati għal inqs minn 12-il xahar) b'viżi għal soġġorn fit-tul validi għal sena, u b'hekk ħelsuhom mill-obbligu li japplikaw għal permess ta' residenza
Wara li jidħol fi Franza, iċ-ċittadin barrani għandu jmur għand id-direttorat OFII reġjonali li jkopri l-post tar-residenza, u jieħu l-passaport li fih il-viża għal soġġorn fit-tul, prova ta' indirizz fi Franza, ċertifikat mediku u ritratt, u għandu jħallas miżata
Iċ-ċittadin barrani jiġi biss awtorizzat jirrisjedi fi Franza ladarba jkun temm dawn il-formalitajiet fi żmien tliet xhur mid-dħul fi Franza, kif muri mill-istiker u t-timbru tal-linka tal-OFII
L-istiker hija addizzjonali għat-timbru tal-linka (FRA-DO-01001) applikat mill-OFII mill-15 ta' Lulju 2009
Recto - identità
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fi Franza • RÉPUBLIQUE FRANÇAISE •