Dokument: FRA-HO-10002

Titlu:
Vignette _ OFII
Pajjiż ta’ emissjoni:
FRA - Franza • RÉPUBLIQUE FRANÇAISE •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
10002
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
01/03/2011
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Stiker imwaħħla mill-OFII (Uffiċċju Franċiż għall-imigrazzjoni u l-integrazzjoni) fil-passaporti ta' ċittadini barranin li għandhom viża għal soġġorn twil tip D b'validità ta' bejn 3 u 12-il xahar
Konfigurazzjoni ġenerali:
stiker
Wisa’ (mm):
89
Għoli (mm):
61
Numru ta’ paġni:
1
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Il-validità tal-istiker tiddependi mill-validità tal-viża għal soġġorn twil tip D imwaħħla fuq il-passaport
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Mill-1 ta' Ġunju 2009, il-konsulati ħarġu, għal ċerti kategoriji ta' ċittadini barranin (konjuġi ta' ċittadini Franċiżi li jiġu taħt l-intestatura "ħajja privata u tal-familja", ħaddiema temporanji b'kuntratt ta' inqas minn 12-il xahar, studenti, viżitaturi u persuni b'paga impjegati għal inqas minn 12-il xahar) viżi għal soġġorn twil validi għal sena, li jneħħilhom l-obbligu li japplikaw għal permess ta' residenza.
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Wara li jidħol fi Franza, iċ-ċittadin barrani għandu jmur fid-direttorat reġjonali tal-OFII li jkopri l-post ta' residenza, u jieħu l-passaport li fih il-viża għal soġġorn twil, evidenza tal-indirizz fi Franza, ċertifikat mediku u ritratt, u għandu jħallas imposta.
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Iċ-ċittadin barrani huwa awtorizzat jirresjedi fi Franza biss meta jkun lesta dawn il-formalitajiet fi żmien tliet xhur mid-dħul fi Franza, kif jidher bl-istiker u t-timbru tal-OFII.
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
L-istiker tikkomplementa t-timbru (FRA-DO-01002) u titwaħħal mid-direttorati reġjonali
Recto - identità
Elementi ta’ sigurtà:
Teknika ta’ stampar
Deskrizzjoni:
Stampar b'nofs ton
Deskrizzjoni:
Test minbarra bijodata
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fi Franza • RÉPUBLIQUE FRANÇAISE •