Dokument: FRA-DO-01002
Titlu:
O.F.I.I.
Pajjiż ta’ emissjoni:
FRA - Franza • RÉPUBLIQUE FRANÇAISE •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
01002
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
01/03/2011
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Timbru magħmul mill-OFII (Uffiċċju ta' Franza għall-Immigrazzjoni u l-Integrazzjoni) għall-passaporti ta' ċittadini barranin li għandhom viża tip D għal soġġorn fit-tul b'validità ta' bejn 3 xhur u 12-il xahar u stiker tal-OFII (FRA-XO-07002).
Wisa’ (mm):
40
Għoli (mm):
20
Numru ta’ paġni:
Timbru
Awtorità emittenti:
Awtorità tal-emigrazzjoni u/jew l-immigrazzjoni
Missjoni diplomatika:
le
Numru/i tat-timbru:
/
Mill-1 ta' Ġunju 2009 il-konsulati ħarġu għal ċerti kategoriji ta' ċittadini barranin (konjugi ta' ċittadini Franċiżi li jaqgħu taħt l-intestatura "ħajja privata u tal-familja", ħaddiema temporanji b'kuntratt ta' inqas minn 12-il xahar, studenti, viżitaturi u persuni b'paga impjegati għal inqas minn 12-il xahar) viżi għal soġġorn twil validi għal sena, li jneħħilhom l-obbligu li japplikaw għal permess ta' residenza.
Wara li jidħol fi Franza, iċ-ċittadin barrani għandu jmur għand id-direttorat OFII reġjonali li jkopri l-post tar-residenza, u jieħu l-passaport li fih viża għal soġġorn fit-tul, prova ta' indirizz fi Franza, ċertifikat mediku u ritratt, u għandu jħallas miżata.
Iċ-ċittadin barrani jiġi awtorizzat li jirrisjedi fi Franża biss ladarba jkun ikkompleta dawn il-formalitajiet, fi żmien tliet xhur mid-dħul fi Franża, kif iċċerifikat mit-timbru tal-linka tal-OFII.
Direttorati reġjonali: Amiens, Besançon, Bordeaux, Bobigny, Caen, Cayenne, Cergy, Clermont-Ferrand, Créteil, Dijon, Grenoble, La Réunion, Lille, Limoge, Lyon, Marseille, Metz, Montpellier, Montrouge, Nantes, Nice, Orléans, Paris, Pointe-à-Pitre, Poitiers, Rennes, Reims, Rouen, Strasbourg, Toulouse.
Sussegwentement, jistgħu jiżdiedu direttorati reġjonali ġodda mal-lista ta' hawn fuq, ladarba jiġu akkreditati.
Element tad-dokument (jekk l-ebda deskrizzjoni oħra mhija applikabbli)
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fi Franza • RÉPUBLIQUE FRANÇAISE •