Il-politika tal-moderazzjoni għall-media soċjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Nistednuk tikkontribwixxi għall-konverżazzjonijiet fuq il-kanali tal-media soċjali tagħna u li tixxerja l-kontenut tagħna. Nieħdu pjaċir naraw l-espressjoni ta' perspettivi u opinjonijiet differenti, iżda mhux ser naċċettaw kummenti li huma offensivi minnhom infushom jew joffendu b'mod ċar lil utenti oħra.
Nitolbuk ma tużax lingwaġġ xewwiexi, insolenti jew offensiv. Jekk jogħġbok irrispetta lil utenti oħra bħalek u l-prinċipji fundamentali komuni tagħna lkoll. Aħna ngħidu le għar-razziżmu, le għall-ksenofobija, le għad-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon, l-oriġini etnika, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, ma naċċettaw l-ebda sejħa għall-vjolenza, eċċetra.
Nixtiequ nitolbuk ittella' kummenti li jżommu mas-suġġett tal-posts tagħna. Tista' tixxerja links għal paġni oħra, iżda jekk jogħġbok tibgħatx kummenti li jikkonsistu minn link biss.
L-iSpam mhux ser ikun ittollerat. Nirriżervaw id-dritt li nħassru l-kummenti kollha li ma jirrispettawx dawn il-linji gwida.
L-intenzjoni tagħna hi li nwieġbu kemm jista' jkun mistoqsijiet fl-inqas ħin possibbli. Ma weġibniex għall-mistoqsija tiegħek? Jekk jogħġbok għidilna fuq [email protected]
Ritratti
Dment li ma jkunx stipulat mod ieħor, l-Unjoni Ewropea għandha d-dritt tal-awtur fuq ir-ritratti kollha ppubblikati fuq il-kanali tagħna. Ritratti ©Unjoni Ewropea jistgħu jintużaw liberament bil-kundizzjoni li jissemma s-sors. M'għandhomx jintużaw għal skopijiet kummerċjali jew b'xi mod offensiv.
Mistoqsijiet
Jekk għandek mistoqsijiet dwar il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew il-Kunsill Ewropew, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Servizz tagħna ta' Informazzjoni għall-Pubbliku.
Data personali
Għal finijiet ta' statistika, niġbru data aggregata dwar l-utenti tagħna fuq il-pjattaformi tal-media soċjali. Nużaw Emplify biex niġbru u nivviżwalizzaw data aggregata għal riċerka statistika. Is-SĠK f'ebda każ ma qed jipproċessa data personali tal-utenti tal-media soċjali.
Il-ġbir ta' data hu kopert mit-termini tal-użu u l-ftehim tal-liċenzja.
L-aħħar reviżjoni: 12 ta' Jannar 2024