Skip to content

Dokumenti leġislattivi preparatorji: mill-1999 sal-lum

X'tista' ssib fir-reġistru tad-dokumenti

Meta gruppi ta' ħidma tal-Kunsill jiddiskutu abbozz ta' leġislazzjoni dawn jipproduċu dokumenti preparatorji. F'dan ir-reġistru tista' ssib dokumenti leġislattivi preparatorji ppubblikati wara l-1 ta' Jannar 1999. Jekk int interessat f'dokumenti preparatorji ppubblikati qabel l-1999, mur fit-taqsima "arkivji" ta' dan is-sit web.

Kif issib dokumenti preparatorji fir-reġistru

Kull dokument preparatorju relatat ma' proposta speċifika li qed tiġi diskussa fil-Kunsill ikollu l-istess kodiċiinteristituzzjonali uniku tal-fajl mogħti mill-Kummissjoni Ewropea.

Jekk ikun hemm dokument relatat ma' abbozz ta' att leġislattiv li tkun interessat fih, tista' ssib il-kodiċi interistituzzjonali tal-fajl fl-ewwel paġna tad-dokument f'kaxxa fuq ix-xellug in-naħa ta' fuq. Meta tikteb dan il-kodiċi fil-kaxxa taħt "Fajl interistituzzjonali", titlagħlek lista ta' dokumenti kollha fir-reġistru relatati ma' dak l-att.

Jekk ma jkollokx dokument bħal dan, tista' tuża l-kaxxa "Kliem fis-Suġġett" biex issib il-kodiċi interistituzzjonali tal-fajl għall-abbozz ta' att leġislattiv li tkun interessat fih. Ikteb xi keywords rilevanti dwar is-suġġett tal-abbozz ta' att leġislattiv u titlagħlek lista ta' dokumenti. Agħfas fuq in-numru tar-referenza b'tipa grassa ta' wieħed mid-dokumenti ST biex issib l-iskeda informattiva tad-dokument. In-numru interistituzzjonali jidher ċar fuq din l-iskeda.

Kodiċi tal-fajl interistituzzjonali uniku

Dokument legali bil-kodiċi tal-fajl interistituzzjonali enfasizzat f'kaxxa ħamra
Il-kodiċi tal-fajl interistituzzjonali jista' jidher fil-kaxxa l-ħamra fl-immaġni ta' hawn fuq

L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Jannar 2024