Elezzjoni tal-President tal-Grupp tal-Euro
Min jista' jiġi elett?
Kwalunkwe membru tal-Grupp tal-Euro jista' jiġi elett President tal-Grupp tal-Euro.
Tul tal-mandat
Il-President jiġi elett għal mandat ta' sentejn u nofs.
Il-mandat jista' jiġġedded.
Proċedura tal-elezzjoni
Il-President jiġi elett b'maġġoranza sempliċi tal-voti tal-ministri taż-żona tal-euro li għandhom ir-responsabbiltà tal-finanzi.
Il-proċedura tal-elezzjoni hija stabbilita fil-Protokoll Nru 14 tat-Trattat ta' Liżbona.
Skeda ta' żmien tal-elezzjonijiet
L-iskeda ta' żmien ta' hawn taħt tiddeskrivi l-passi għall-elezzjoni li jmiss ta' president ġdid tal-Grupp tal-Euro.
-
1
Sejħa għall-kandidati
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill nieda sejħa għal kandidati fl-24 ta' Novembru 2025.
-
2
Skadenza għas-sottomissjoni tal-kandidaturi
Il-ministri kellhom jippreżentaw il-kandidaturi tagħhom sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol fit-28 ta' Novembru 2025.
-
3
Elezzjoni
Il-ministri eleġġew il-President tal-Grupp tal-Euro fil-11 ta' Diċembru 2025.
-
4
Bidu tal-mandat
Il-president il-ġdid jibda l-mandat b'mod uffiċjali fit-12 ta' Diċembru 2025.
President tal-Grupp tal-Euro
Fil-11 ta' Diċembru 2025, Kyriakos Pierrakakis, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Greċja, ġie elett bħala President tal-Grupp tal-Euro, f'konformità mal-Protokoll 14 tat-trattati tal-UE. Il-president ser jibda l-mandat tiegħu fit-12 ta' Diċembru 2025 u jservi mandat ta' sentejn u nofs.
L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Jannar 2026