"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Trasparenza

Il-Grupp tal-Euro qed jaħdem kontinwament għat-titjib tat-trasparenza, sabiex jipprovdi aktar konsistenza fil-mod kif iċ-ċittadini u l-parlamenti nazzjonali fl-istati membri jiġu infurmati dwar l-attivitajiet tiegħu.

F'Settembru 2018, il-President Centeno beda rieżami tal-politika ta' trasparenza tal-Grupp tal-Euro, u b'hekk irrisponda għat-tħassib espress mill-parlamenti nazzjonali u l-ombudsman tal-UE.

F'Settembru 2019, il-Grupp tal-Euro qabel dwar lista ta' azzjonijiet konkreti biex tittejjeb it-trasparenza. L-azzjonijiet kienu jinkludu:

  • il-ħolqien ta' reġistru online ta' dokumenti disponibbli pubblikament tal-Grupp tal-Euro
  • l-espansjoni tal-kontenut tal-ittri ta' sinteżi tal-Grupp tal-Euro
  • l-iżgurar li d-dritt ta' aċċess għad-dokumenti jkun iddikjarat b'mod ċar fuq il-paġni web tal-Grupp tal-Euro
  • il-pubblikazzjoni tal-kalendarju tal-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro (EWG)
  • il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' aġenda (mhux annotata) tal-Grupp tal-Euro hekk kif tiġi approvata mill-EWG
  • it-titjib tal-paġna web tal-EWG

Bit-tnedija tar-reġistru tad-dokumenti tal-Grupp tal-Euro fi Frar 2020, tlestew l-azzjonijiet kollha. Il-ministri impenjaw ruħhom li jivvalutaw u jirrieżaminaw regolarment il-politika ta' trasparenza.

Tista' titlob aċċess għad-dokumenti billi tikkuntattja lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill:

L-aħħar reviżjoni: 22 ta' Jannar 2026