Ċarġer komuni għat-tagħmir elettroniku kollu tiegħek
F'Ottubru 2022, il-Kunsill ta l-approvazzjoni finali tiegħu għad-direttiva dwar iċ-ċarġers komuni.
Id-Direttiva ser tagħmel port tal-iċċarġjar tat-tip USB-C obbligatorju għal firxa sħiħa ta' apparat elettroniku (telefoni ċellulari, consoles tal-logħob vidjo, wireless keyboards, laptops). Dan ser:
- jgħin lill-konsumaturi jiffrankaw il-flus
- inaqqas l-iskart ta' tagħmir elettroniku assoċjat mal-produzzjoni, it-trasport u r-rimi taċ-ċarġers.
L-istati membri huma meħtieġa jadottaw ir-regoli l-ġodda għall-apparat kollu sat-28 ta' Diċembru 2024, minbarra għal-laptops li ser ikollhom jiġu mgħammra b'port tal-iċċarġjar tat-tip USB-C sat-28 ta' April 2026.
Iċ-ċarġer komuni tal-UE
Soluzzjoni għat-tagħmir elettroniku tiegħek
Id-direttiva riveduta dwar it-tagħmir tar-radju tistabbilixxi ċarġer komuni għal ċerti kategoriji ta' tagħmir elettroniku.
Ċarġer wieħed għal tagħmir differenti jnaqqas l-iskart ta' tagħmir elettroniku (e-skart) u jagħmel il-ħajja aktar faċli għall-konsumaturi.
Għaliex huwa meħtieġ ċarġer elettroniku komuni
L-Ewropa hija l-kontinent li jiġġenera l-aktar e-skart per capita:
- Ewropa: 16.2 kg per capita
- Oċeanja: 16.1 kg per capita
- Amerki: 13.3 kg per capita
- Asja: 5.6 kg per capita
- Afrika: 2.5 kg per capita
Il-konsumaturi fl-UE jiġġeneraw 11 000 tunnellata ta' skart ta' tagħmir elettroniku kull sena fil-forma ta' ċarġers mormija u mhux użati. Stima ta' e-skart minn ċarġers fl-UE (f'tunnellati):
- 2020: 11 612
- 2022: 11 601
- 2024: 11 849
- 2026: 12 160
- 2028: 13 305
Kull sena n-nies fl-UE jixtru 160 miljun telefon ċellulari u 260 miljun tagħmir elettroniku portabbli ieħor, li b'kollox jammontaw għal 420 miljun tagħmir.
Bħala medja, persuna fl-Ewropa għandha tliet ċarġers tat-telefoni ċellulari u regolarment tuża tnejn minnhom.
38% tan-nies isibu problema biex jiċċarġjaw it-telefon ċellulari tagħhom għax ma jkunx hemm ċarġers kompatibbli disponibbli.
Il-bidliet li ġġib magħha d-direttiva l-ġdida
ċarġer USB komuni tat-tip C għal diversi tagħmir bħal smartphones, tablets, qarrejja elettroniċi, kameras diġitali, kuffji, earbuds, speakers portabbli u consoles tal-logħob vidjo li jinżammu fl-idejn, irrispettivament mid-ditta
separazzjoni - il-possibbiltà li tagħmir elettroniku u ċ-ċarġer tiegħu jinxtraw separatament
informazzjoni aħjar għall-konsumaturi dwar il-karatteristiċi tas-separazzjoni u tal-iċċarġjar
tnaqqis fl-iskart ta' tagħmir elettroniku u fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra
teknoloġija armonizzata għall-iċċarġjar rapidu biex it-tagħmir jiċċarġja bl-istess ħeffa b'ċarġer kompatibbli
standard komuni għall-iċċarġjar mingħajr fili - il-possibbiltà li fil-futur jiġi ddefinit standard komuni għall-iċċarġjar mingħajr fili
Benefiċċji għall-konsumaturi
għażla
dwar jekk għandux jinxtara ċarġer ġdid meta jinxtara tagħmir elettroniku ġdid
informazzjoni aħjar biex iqisu jekk iċ-ċarġers li diġà għandhom jistgħux jintużaw mat-tagħmir il-ġdid tagħhom
iffrankar annwali ta' €250 miljun minn xiri bla bżonn ta' ċarġers
Benefiċċji għall-pjaneta
tnaqqis fl-iskart ta' tagħmir elettroniku ta' kważi elf tunnellata kull sena
tnaqqis indirett fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra ta' madwar 180 kt ta' CO2e kull sena
L-aħħar reviżjoni: 29 ta' Mejju 2024