Skip to content

Vaċċini abbażi ta' vettur virali kontra l-COVID-19: kif jaħdmu

Infografika: x’inhu vaċċin abbażi ta' vettur virali u x’jiġri f’ġismek meta titlaqqam.

X'inhu vettur virali?

Il-vaċċini abbażi ta' vettur virali jużaw verżjoni ta' virus dgħajjef biex b'mod sikur jagħtu struzzjonijiet fil-forma ta' kodiċi ġenetika liċ-ċelloli ta' ġisimna.

Dawn l-istruzzjonijiet jippermettu lil ġismek jipproduċi biċċa mill-coronavirus li ma tagħmilx ħsara, il-proteina spika.

Dan it-tip ta' vaċċin jiffamiljarizza s-sistema immunitarja tiegħek mal-proteina spika, sabiex tkun tista' toqtol il-coronavirus f'każ ta' infezzjoni u tipprevjeni l-marda.

Il-vetturi virali użati fil-vaċċini ma jaffettwawx u ma jinteraġixxux mad-DNA tiegħek.

X'jiġri f'ġismek meta tieħu vaċċin abbażi ta' vettur virali

  1. wara t-titqiba, l-adenovirus li jkun qed iġorr l-istruzzjonijiet biex jinħolqu proteini spiki jidħol fiċ-ċelloli tiegħek
  2. ġismek joħloq proteini spiki
  3. is-sistema immunitarja tiegħek tinduna bil-proteini barranin u tipproduċi antikorpi u ċelloli immuni biex tattakkahom
  4. ġismek jeħles malajr mill-adenovirus u l-informazzjoni ġenetika
  5. jekk aktar tard tiġi infettat bil-coronavirus, is-sistema immunitarja tiegħek tinduna bil-proteini spiki u teqred il-virus
  6. ma timradx

Vantaġġ importanti

Il-qoxra protejka reżistenti tal-adenovirus tgħin fil-protezzjoni tal-istruzzjonijiet ġenetiċi tad-DNA fuq ġewwa.

B'riżultat ta' dan, il-vaċċini abbażi ta' vettur virali m'hemmx bżonn li jinżammu ffriżati f'temperaturi baxxi ħafna u jistgħu jtawlu bosta xhur meta jinżammu f'temperatura normali ta' friġġ (2-8°C).