"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew huwa magħmul minn:
il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali Nazzjonali taż-żona tal-euro
Il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew huwa magħmul minn:
il-President Christine Lagarde (minn Novembru 2019)
il-Viċi President Luis de Guindos (minn Ġunju 2018)
il-membri l-oħra tal-bord eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew: Philip Lane (minn Ġunju 2019), Fabio Cipollone (minn Novembru 2023), Frank Elderson (minn Diċembru 2020) u Isabel Schnabel (minn Jannar 2020)
Il-membri tal-bord eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew:
jinħatru għal 8 snin
il-ħatra ma tiġġeddidx
iridu jkunu ċittadini ta' stat membru taż-żona tal-euro
ikollhom statura rikonoxxuta u esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji
Il-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew hija definita fl-Artikolu 283 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE:
l-istati membri taż-żona tal-euro jipproponu kandidati
il-Grupp tal-Euro jiddiskuti l-kandidati
il-Kunsill jaqbel dwar rakkomandazzjoni
il-Kunsill Ewropew jikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
il-Kunsill Ewropew jaħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew